Neħħi l-batteriji jekk il-kontroll mill-bogħod remote mhux se jintuża għal perjodu estiż ta’ żmien.
Kun ċert li l-filtru ikun ġie installat qabel tħaddem il-kundizzjonatur tal-arja.
Kun ċert li tiċċekkja għal tnixxijiet tar-refriġerant wara li tinstalla jew issewwi l-kondizzjonatur tal-arja.
M’għandekx tqiegħed xi oġġett fuq il-kondizzjonatur tal-arja.
Qatt m’għandek tħallat it-tipi differenti ta’ batteriji, jew batteriji qodma u batteriji ġodda, għall-kontroll mill-bogħod.
Tħallix il-kondizzjonatur tal-arja jaħdem għal żmien twil meta l-umdità tkun għolja ħafna jew meta bieb jew tieqa jkunu tħallew miftuħa.
Tużax il-kontroll mill-bogħod jekk ikun hemm fluwidu jnixxi mill-batterija. Jekk l-ilbies jew il-ġilda tiegħek tiġi esposta għall-fluwidu tal-batterija li jkun qed inixxi, aħsel b’ilma nadif.
Tesponix persuni, annimali, jew pjanti għar-riħ kiesaħ jew sħun mill-kundizzjonatur tal-arja għal perjodi ta’ żmien estiżi.
Jekk jinbela’ l-fluwidu tal-batterija li tnixxi, laħlaħ sew in-naħa ta’ ġewwa tal-ħalq u kkonsulta tabib.
M’għandekx tixrob l-ilma li jkun ħareġ mill-kundizzjonatur tal-arja.
Tużax il-prodott għal skopijiet speċjali, bħall-preservazzjoni tal-ikel jew xogħlijiet tal-arti eċċ. Il-kundizzjonatur tal-arja huwa ddisinjat għal skopijiet tal-konsumaturi, u mhuwiex sistema ta’ refriġerazzjoni ta’ preċiżjoni. Hemm riskju ta’ ħsara jew telf ta' proprjetà.
Terġax tiċċarġja jew iżżarma l-batteriji.