Ipponta l-kontroll mill-bogħod lejn ir-riċevitur tas-sinjali fuq in-naħa tal-lemin tal-kundizzjonatur tal-arja biex tħaddmu.
Il-kontroll mill-bogħod jista’ jopera tagħmir elettroniku ieħor jekk jiġi ppuntat lejhom. Ara li tipponta l-kontroll mill-bogħod lejn ir-riċevitur tas-sinjali tal-kundizzjonatur tal-arja.
Għal tħaddim kif suppost, uża biċċa ratba biex tnaddaf it-trażmettitur u r-riċevitur tas-sinjali.
Jekk funzjoni ma tkunx ipprovduta fil-prodott, ebda ħoss ma joħroġ mill-prodott meta buttuna għal tali funzjoni fuq il-kontroll mill-bogħod jingħafas għajr għad-Direzzjoni tal-Fluss tal-Arja, id-Displej tal-Enerġija, il-Purifikazzjoni tal-Arja.