Meta l-kundizzjonatur tal-arja jerġa’ jinxtegħel wara li jinqata’ d-dawl, il-funzjoni Startjar mill-Ġdid Awtomatiku, tirrestawra s-settings preċedenti.
Meta tuża t-tagħmir għall-ewwel darba, tiġi ssettjata l-funzjoni Startjar mill-Ġdid Awtomatiku. Tisa’ tikkanċella u tissettja din il-funzjoni billi tagħfas it-tast POWER a fuq l-unità ta’ ġewwa.
Agħfas u żomm it-tast POWER a għal 6 sekondi.
Meta t-tagħmir jemetti żewġ sinjali akustiċi, itlaq it-tast POWER a. Il-lampa se tteptep darbtejn. Dan jirrepeti għal 4 daiet.
Agħfas u żomm it-tast POWER a għal 6 sekondi.
Meta t-tagħmir jemetti żewġ sinjali akustiċi, itlaq it-tast POWER a. Il-lampa se tteptep. Dan jirrepeti għal 4 darbiet.
Il-karatteristika tista’ tinbidel skont it-tip tal-mudell.
Jekk tagħfas u żżomm it-tast POWER a għal 3 sa 5 sekondi, minflok 6 sekondi, it-tagħmir se jaqleb għal tħaddim ta’ test. Fit-tħaddim tat-test, it-tagħmir jonfoħ arja friska qawwija għal 18-il minuta u mbagħad jirritorna għas-settings awtomatiċi tal-fabbrika.