Fuq > FUNZJONIJIET INTELLIĠENTI > Applikazzjoni LG ThinQ > Detettur ta’ Tieqa Miftuħa (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)

Detettur ta’ Tieqa Miftuħa (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)

Meta tieqa tkun miftuħa jew tidħol l-arja minn barra, il-bidla fit-temperatura tista’ tiġi identifikata u jinxtegħel il-modulu tal-Kontroll tal-Enerġija.

Biex tuża l-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa jew tissettja l-Ħin tat-Tifi tal-Kontroll tal-Enerġija, qabbad l-apparat mal-applikazzjoni LG ThinQ.

  • Jekk ikun hemm tieqa miftuħa, jihdru 8O, 6O jew 4O fuq id-displej tal-unità ta’ ġewwa

NOTA
  • Il-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa tista’ tintuża mal-modalitajiet tat-Tkessiħ u t-Tisħin.

  • Il-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa tiġi kkanċellata fis-sitwazzjonijiet li ġejjin.

    • Jekk l-apparat jagħraf li t-tieqa hija magħluqa

    • Jekk il-Ħin tat-Tifi tal-Kontroll tal-Enerġija ikun għadda

    • Jekk tinbidel il-modalità ta’ tħaddim

  • Il-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa ma taħdimx fil-każijiet li ġejjin.

    • Jekk it-tħaddim tat-Tkessiħ u t-Tisħin isir malajr wisq wara li tixgħel l-apparat

    • Jekk id-differenza fit-temperatura bejn ġewwa u barra ma tkunx kbira

    • Jekk ma jkunx hemm biżżejjed ventilazzjoni mit-twieqi

  • Meta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.