Ikkunttatja ċentru tas-servizz awtorizzat meta tinstalla jew tittrasferixxi l-kundizzjonatur tal-arja.
Tinstallax il-kondizzjonatur tal-arja fuq wiċċ instabbli jew f’post fejn hemm il-periklu li jaqa’.
Tinstallax l-unità f'atmosfera potenzjalment splussivi.
M’għandekx tinstalla l-kondizzjonatur tal-arja f’post fejn jiġu maħżuna likwidi jew gassijiet infjammabbli bħal gażolina, propan, thinner taż-żebgħa eċċ.
Installa l-pannell u għatti l-kaxxa tal-kontrolli b’mod sikur.
Installa plagg tal-elettriku ddedikat u salvavita qabel tuża l-kundizzjonatur tal-arja.
Uża salvavita u fjus standard li jikkonformaw mal-klassifikazzjoni tal-kundizzjonatur tal-arja.
Aċċerta li l-pajp u l-kejbil tal-elettriku li jgħaqqdu l-unitajiet ta’ ġewwa u ta’ barra ma jinġibdux u jkunu ssikkati żżejjed meta tinstalla l-kundizzjonatur tal-arja.
Il-konnessjonijiet tal-wajers ta’ ġewwa/barra għandhom ikunu mwaħħla sew, u l-kejbil għandu jkun mgħoddi sew biex ma jkunx hemm forza li qed tiġbed il-kejbil mit-terminals tal-konnessjoni. Konnessjonijiet mhux sew jew laxki jistgħu jiġġeneraw sħana jew jikkawżaq nar.
M’għandekx tqabbad l-ert ma’ pajp tal-gass, virga tas-sajjetti jew ert tat-telefown.
Uża gass li ma jaqbadx (nitroġenu) biex tiċċekkja għal tnixxijiet u biex tnaddaf l-arja; l-użu ta’ arja kkompressata jew gass li jaqbad jista’ jikkawża nar jew splużjoni.