Timmodifikax jew testendi l-kejbil tal-elettriku. Grif jew tqaxxir tal-iżolazzjoni tal-kejbils tal-elettriku jista’ jirriżulta f’nar jew xokk elettriku u għandhom jinbidlu.
Aċċerta li l-kejbil tal-elettriku mhuwiex maħmuġ, laxk jew miksur.
M’għandekx tqiegħed xi oġġett fuq il-kejbil tal-elettriku.
M’għandekx tqiegħed ħiter, jew tagħmir ieħor tas-sħana qrib il-kejbil tal-elettriku.
Aċċerta li l-kejbil tal-elettriku ma jkunx jista’ jinġibed ’il barra jew jiġrilu l-ħsara waqt it-tħaddim.
Qatt m’għandek tmiss, tħaddem jew issewwi l-kundizzjonatur tal-arja b’idejn imxarrbin.
M’għandekx iddaħħal idejk jew oġġetti oħra fil-daħla jew fil-ħruġ tal-arja meta l-kundizzjonatur tal-arja jkun qed jaħdem.
Ara li t-tfal ma jitilgħux fuq l-unità ta’ barra jew jolqtuh.
Uża biss dawk il-parts elenkati fil-lista ta’ parts tas-servizz. Qatt tipprova timmodifika t-tagħmir.
Tmissx il-pajp tar-refriġerant, il-pajp tal-ilma jew xi partijiet interni waqt li l-unità tkun qed taħdem jew immedjatament wara t-tħaddim.
M’għandekx tħalli sustanzi fjammabbli bħal gażolina, benżina jew thinner qrib il-kundizzjonatur tal-arja.
M’għandekx tuża l-kundizzjonatur tal-arja għal perjodu estiż ta’ żmien f’żona żgħira mingħajr ventilazzjoni tajba.
Kun żgur li tivventila biżżejjed meta il-kundizzjonatur tal-arju u tagħmir tat-tisħin bħal ħiter jintużaw fl-istess ħin.
M’għandekx timblokka d-dħul jew il-ħruġ tal-fluss tal-arja.
Itfi l-provvista tal-elettriku jekk ikun hemm xi storbju, riħa, jew duħħan ġejjin mill-kundizzjonatur tal-arja.
Ikkuntattja ċentru tas-servizz awtorizzat jekk il-kundizzjonatur tal-arja jiġi mgħaddas fl-ilma.
F’każ ta’ tnixxija ta’ gass (bħal Freon, gass propan, jew gass LP) ivventila biżżejjed qabel terġa’ tuża l-kundizzjonatur tal-arja.
Itfi l-provvista tal-elettriku minnufih f’każ li jmur id-dawl jew f’każ ta’ maltempata bir-ragħad.