It-tagħmir tad-dar u l-ismartphone tiegħek mhumiex imqabbda man-network tal-Wi-Fi.
Il-password tal-Wi-Fi li inti qed tipprova taqbad miegħu mhijiex korretta.
Fittex in-network tal-Wi-Fi imqabbad mal-ismartphone tiegħek u neħħih, imbagħad irreġistra t-tagħmir tiegħek fuq LG ThinQ.
Il-Mobile data għall-ismartphone tiegħek mixgħula.
Itfi l-Data Mobbli tal-ismartphone tiegħek u rreġistra t-tagħmir billi tuża n-network tal-Wi-Fi.
L-isem tan-network mingħajr fili (SSID) huwa ssettjat inkorrettament.
L-isem tan-network mingħajr fili (SSID) għandu jkun kombinazzjoni ta’ ittri bl-Ingliż u numri. (Tużax karattri speċjali.)
Il-frekwenza tar-router mhijiex 2.4 GHz.
Il-frekwenza ta’ router ta’ 2.4 Ghz biss hija sostnuta. Issettja r-router mingħajr fili għal 2.4 Ghz u qabbad it-tagħmir mar-router mingħajr fili. Biex tiċċekkja l-frekwenza tar-router, iċċekkja mal-fornitur tas-servizz tal-internet jew mal-manifattur tar-router.
Id-distanza bejn it-tagħmir u r-router hija ’l bogħod wisq.
Jekk id-distanza bejn it-tagħmir u r-router hija ’l bobħod wisq, is-sinjal jaf ikun dgħajjef u l-konnessjoni ma tiġix ikkonfigurata korrettament. Ċaqlaq il-lokazzjoni tar-router sabiex ikun eqreb tat-tagħmir.