Uża biss ir-refriġerant speċifikat fit-tikketta tal-kondizzjonatur tal-arja.
Tużax refiġeranti mhux ċertifikati.
M’għandekx iddaħħal arja jew gass ġos-sistema għajr ir-refriġerant speċifikat.
M’għandekx tmiss ir-refriġerant li jnixxi waqt l-installazzjoni jew it-tiswija.
Kun ċert li tiċċekkja għal tnixxijiet tar-refriġerant wara li tinstalla jew issewwi l-kondizzjonatur tal-arja.
L-apparat għandu jinħażen sabiex jiġi evitat li sseħħ ħsara mekkanika.
Kwalunkwe persuna li hija involuta fix-xogħol fuq jew il-ksur ta’ ċirkwit tar-refriġerant għandha jkollha ċertifikat validu attwali minn awtorità ta’ valutazzjoni akkreditata mill-industrija, li tawtorizza l-kompetenza tagħha biex timmaniġġja r-refriġeranti b’mod sikur skont speċifikazzjoni ta’ valutazzjoni rikonoxxuta mill-industrija.
Il-manutenzjoni għandha ssir biss kif rakkomandat mill-manifattur tat-tagħmir. Il-manutenzjoni u t-tiswija li jeħtieġu l-għajnuna ta’ persunal tas-sengħa ieħor għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-persuna kompetenti fl-użu ta’ refriġeranti fjammabbli.
It-tagħmir għandu jinħażen f’żona ventilata tajjeb fejn id-daqs tal-kamra jikkorrispondi maż-żona tal-kamra kif speċifikata għat-tħaddim.
Żomm kwalunkwe fetħa tal-ventilazzjoni meħtieġa ’l bogħod minn ostakli.
L-apparat għandu jinħażen f’kamra fejn m’hemmx fjammi miftuħa mixgħula kontinwament (pereżempju apparat tal-gass mixgħul) u sorsi ta’ tqabbid (pereżempju ħiter elettriku mixgħul).