Fuq > KIF ISSOLVI PROBLEMI > Qabel Iċċempel għal Servizz > Wi-Fi

Wi-Fi

It-tagħmir tad-dar u l-ismartphone tiegħek mhumiex imqabbda man-network tal-Wi-Fi.

Kawża

Il-password tal-Wi-Fi li inti qed tipprova taqbad miegħu mhijiex korretta.

Soluzzjoni
  • Fittex in-network tal-Wi-Fi imqabbad mal-ismartphone tiegħek u neħħih, imbagħad irreġistra t-tagħmir tiegħek fuq LG ThinQ.

Kawża

Il-Mobile data għall-ismartphone tiegħek mixgħula.

Soluzzjoni
  • Itfi l-Data Mobbli tal-ismartphone tiegħek u rreġistra t-tagħmir billi tuża n-network tal-Wi-Fi.

Kawża

L-isem tan-network mingħajr fili (SSID) huwa ssettjat inkorrettament.

Soluzzjoni
  • L-isem tan-network mingħajr fili (SSID) għandu jkun kombinazzjoni ta’ ittri bl-Ingliż u numri. (Tużax karattri speċjali.)

Kawża

Il-frekwenza tar-router mhijiex 2.4 GHz.

Soluzzjoni
  • Frekwenza ta’ router ta’ 2.4 GHz biss hija appoġġata meta tqabbad l-LG ThinQ għall-ewwel darba. Issettja r-router bla fili għal 2.4 GHz u qabbad it-tagħmir mar-router bla fili. Biex tiċċekkja l-frekwenza tar-router, iċċekkja mal-fornitur tas-servizz tal-Internet tiegħek jew il-manifattur tar-router. Wara li tqabbad l-LG ThinQ, tista’ tagħżel bejn networks tal-Wi-Fi ta’ 2.4 GHz u 5 Ghz fil-menù tas-settings Network & Internet tat-tagħmir.

Kawża

Id-distanza bejn it-tagħmir u r-router hija ’l bogħod wisq.

Soluzzjoni
  • Jekk id-distanza bejn it-tagħmir u r-router hija ’l bobħod wisq, is-sinjal jaf ikun dgħajjef u l-konnessjoni ma tiġix ikkonfigurata korrettament. Ċaqlaq il-lokazzjoni tar-router sabiex ikun eqreb tat-tagħmir.