Fuq > ISTRUZZJONIJIET DWAR IS-SIKUREZZA > ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI DWAR IS-SIKUREZZA > Tfal fid-Dar

Tfal fid-Dar

Dan it-tagħmir mhux maħsub biex jintuża minn persuni (inklużi tfal) b’limitazzjonijiet fiżiċi, sensorji jew mentali, jew li għandhom nuqqas ta’ esperjenza jew ta’ għarfien, sakemm dawn ma jkunux ingħataw superviżjoni jew struzzjoni rigward l-użu tat-tagħmir minn persuna responsabbli għas-sikurezza tagħhom. It-tfal għandhom jiġu ssorveljati biex jiġi żgurat li ma jilagħbux bit-tagħmir.

Dan it-tagħmir jista’ jintuża minn tfal li għandhom 8 snin u ’l fuq u persuni b’kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali jew mentali mnaqqsa jew b’nuqqas ta’ esperjenza u għarfien jekk ikunu ngħataw superviżjoni jew istruzzjoni dwar l-użu tat-tagħmir b’mod sikur u jifhmu l-perikli involuti. It-tfal m’għandhomx jilagħbu bit-tagħmir. It-tindif u l-manutenzjoni tal-utent m’għandhomx isiru minn tfal mingħajr superviżjoni.