Din il-funzjoni ssib il-persuni u tissettja fluss tal-arja Dirett jew Indirett abbażi tal-preferenzi tiegħek.
Fluss tal-arja Dirett
Wara li ssib żona okkupata, tidderieġi l-fluss tal-arja għaż-żona okkupata.
Fluss tal-Arja Indirett
Wara li ssib żona okkupata, tidderieġi l-fluss tal-arja għaż-żona mhux okkupata.
Agħfas u żomm il-buttuna à għal madwar 3 sekondi biex tissettja l-funzjoni diretta jew indiretta.
Kull darba li jintgħafasit-tast, il-funzjon tinbidel f’din l-ordni: Dirett ~ Indirett ~ Mitfi
Dirett
Indirett
Mitfi
Din tinbidel awtomatikament għal tħaddim tal-iffrankar tal-enerġija meta ma jkun hemm ħadd preżenti.
Jekk tħalli l-apparat mixgħul waqt li tkun barra, l-apparat awtomatikament iwettaq operazzjoni tat-tkessiħ għall-iffrankar tal-enerġija jew jintefa’ meta l-ħin ta’ detezzjoni ta’ assenza jgħaddi, u b’hekk tiffranka mill-kontijiet tad-dawl.
Qabbad l-apparat mal-applikazzjoni LG ThinQ biex tissettja l-ħin ta’ detezzjoni tal-assenza u l-modalità ta’ detezzjoni tal-assenza.
Agħfas it-tast Funzjoni.
Agħfas it-tastL jew M biex tissettja l-ikona ta’ hawn taħt biex itteppep f’qiegħ l-iskrin tad-displej. Imbagħad agħfas it-tast Funzjoni.
Agħfas it-tast L jew M biex tissettja l-funzjoni ta’ detezzjoni tal-assenza.
Kull darba li jingħafas it-tast, il-funzjoni tinbidel f’din l-ordni: MIXGĦUL & MITFI
Imbagħad agħfas it-tast Funzjoni.
It-tħaddim tal-Fluss tal-arja Dirett u Indirett huwa disponibbli mal-modalitajiet tat-Tkessiħ u t-Tisħin.
Is-sensittività tas-sensur tar-radar tista’ tvarja skont l-ambjent u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa, inkluż:
Jekk ikun hemm ftit moviment, bħal meta tara t-televiżjoni jew tkun rieqed
Jekk tkun bilqiegħda mal-art viċin l-apparat
Jekk qiegħed f’post ’il bogħod mill-apparat madwar 5 m (16-il pied) jew aktar
Oġġetti li jiċċaqilqu bħal fannijiet, vacuum cleaners robotiċi jew annimali domestiċi jistgħu jiġu konfużi ma’ persuni.