Din il-karatteristika hija disponibbli biss f’mudelli bil-Wi-Fi.
L-applikazzjoni LG ThinQ tippermettilek tikkomunika mat-tagħmir permezz ta’ smartphone.
Karatteristiċi tal-Applikazzjoni LG ThinQ
Ikkomunika mat-tagħmir permezz ta’ smartphone billi tuża l-applikazzjoni LG ThinQ.Smart DiagnosisJekk tesperjenza problema meta tuża t-tagħmir, din il-karatteristika ta’ dijanjożi intelliġenti ser tgħinek tiddijanjostika l-problema.Aktar karatteristiċi huma disponibbli jekk it-tagħmir tiegħek ikun imqabbad mal-Wi-Fi.SettingsDawn jippermettulek tissettja diversi għażliet fuq l-apparat u fl-applikazzjoni.Fil-każijiet li ġejjin, għandek taġġorna l-informazzjoni tan-network għal kull apparat fl-applikazzjoni ta’ LG ThinQ taħt Kards tat-Tagħmir Settings > Ibdel in-Network.ir-router bla fili nbidelil-password tar-router bla fili nbidletIl-fornitur tas-servizz tal-internet inbidelL-applikazzjoni tista’ tinbidel għal skopijiet ta’ titjib fl-apparat mingħajr avviż lill-utenti.Il-funzjonijiet jistgħu jvarjaw skont il-mudell.
Installa l-Applikazzjoni LG ThinQ u l-Konnessjoni ta’ Apparat LG
Skennja l-kodiċi QR mehmuża mal-prodott permezz tal-kamera jew l-applikazzjoni tal-qarrej tal-kodiċi QR fuq l-ismartphone tiegħek.Fittex u installa l-applikazzjoni LG ThinQ minn fuq Google Play Store jew Apple App Store fuq smartphone.Ħaddem l-applikazzjoni LG ThinQ u idħol bil-kont eżistenti tiegħek jew oħloq kont ta’ LG biex tidħol.Miss it-tast (~) żid fuq l-applikazzjoni LG ThinQ biex tikkonnettja l-apparat LG tiegħek. Segwi l-istruzzjoniiet fl-applikazzjoni biex tlesti l-proċess.Biex tivverifika l-konnessjoni tal-Wi-Fi, ara li l-indikatur tal-Wi-Fi fuq il-pannell tal-kontroll ikun mixgħul.L-applikazzjoni tappoġġja networks tal-Wi-Fi ta’ 2.4 GHz biss. Biex tivverifika n-network tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tas-servizz tal-internet tiegħek jew irreferi għall-manwal tar-router mingħajr fili tiegħek.LG ThinQ mhijiex responsabbli għal kwalunkwe problema fil-konnessjoni tan-netwerk jew għal kwalunkwe ħsara, funzjoni ħażina jew żball ikkawżat mill-konnessjoni tan-netwerk.L-ambjent ta’ madwar in-network bla fili jista’ jtellef is-servizz tiegħu u jaħdem bil-mod.Jekk id-distanza bejn it-tagħmir u r-router mingħajr fili hija twila wisq, is-saħħa tas-sinjal tiddgħajjef. Jista’ jieħu żmien twil biex taqbad jew l-installazzjoni tista’ ma tirnexxix.Jekk l-applikazzjoni qed issib diffikultà biex taqbad man-netwerk tal-Wi-Fi, tista’ tkun ’il bogħod wisq mir-router. Ixtri repeater tal-Wi-Fi (estenditur tal-medda) biex ittejjeb il-qawwa tas-sinjal tal-Wi-Fi.Il-konnessjoni tan-network tista’ ma taħdimx kif suppost skont il-fornitur tas-servizz tal-Internet.Il-konnessjoni tal-Wi-Fi tista’ ma tikkonnettjax jew tista’ tiġi interrotta minħabba l-ambjent tan-network domestiku.It-tagħmir ma jistax jitqabbad minħabba problemi ta’ trażmissjoni tas-sinjali mingħajr fili. Skonnettja t-tagħmir u stenna għal madwar minuta qabel terġa’ tipprova.L-isem tan-network bla fili (SSID) għandu jkun kombinazzjoni ta’ ittri bl-Ingliż (A-Z) u numri (0-9). Tużax karattri speċjali.L-interfaċċa tal-utent (UI) tal-ismartphone tista’ tvarja skont is-sistema operattiva (OS) mobbli u l-manifattur.Jekk il-protokoll tas-sigurtà tar-router huwa ssettjat għal WEP, jaf ma jirnexxilekx tikkonfigura n-network. Jekk jogħġbok ibdlu għal protokolli tas-sigurtà oħra (WPA2 huwa rakkomandat) u erġa’ qabbad il-prodott.
Aġġorna l-Apparat Tiegħek
Tista’ taġġorna l-apparat tiegħek b’karatteristiċi ġodda permezz tal-app LG ThinQ.Meta jkunu disponibbli karatteristiċi ġodda, tidher notifika ta’ aġġornament fuq il-pannell kif muri hawn taħt meta tixgħel l-apparat.Wara l-aġġornament, il-funzjoni tal-apparat tista’ tinbidel minn dik indikata fil-manwal tal-utent.Ladarba tirċievi notifika ta’ aġġornament, se tirċievi wkoll notifika ta’ aġġornament fuq l-ismartphone tiegħekTaptap in-notifika tal-aġġornament fuq l-ismartphone tiegħek biex tidħol fll-iskrin tal-Aġġornamenti tal-Karatteristiċi fuq l-app LG ThinQ.Ladarba tidħol fl-iskrin tal-Aġġornamenti tal-Karatteristiċi, agħżel il-karatteristiċi l-ġodda u taptap it-tast tal-aġġornament.Il-progress tal-aġġornament jista’ jiġi ċċekkjat fuq il-pannell ta’ kontroll tal-apparat.Tisplaggjax il-plagg tal-elettriku tal-apparat waqt l-aġġornament, billi dan jinterrompi l-process.Wara l-aġġornament, biex tibdel is-settings dettaljati tal-karatteristiċi aġġornati, irreferi għall-gwida fl-app LG ThinQ.
Detettur ta’ Tieqa Miftuħa (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)
Meta tieqa tkun miftuħa jew tidħol l-arja minn barra, il-bidla fit-temperatura tista’ tiġi identifikata u jinxtegħel il-modulu tal-Kontroll tal-Enerġija Attiva.Biex tuża l-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa jew tissettja l-Ħin tat-Tifi tal-Kontroll tal-Enerġija Attiva, qabbad l-apparat mal-applikazzjoni LG ThinQ.Jekk ikun hemm tieqa miftuħa, jidhru 8O, 6O jew 4O fuq id-displej ta’ xi unitajiet ta’ ġewwa.Il-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa tista’ tintuża mal-modalitajiet tat-Tkessiħ u t-Tisħin.Il-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa tiġi kkanċellata fis-sitwazzjonijiet li ġejjin.Jekk l-apparat jagħraf li t-tieqa hija magħluqaJekk il-Ħin tat-Tifi tal-Kontroll tal-Enerġija Attiva ikun għaddaJekk tinbidel il-modalità ta’ tħaddimIl-funzjoni tad-Detettur ta’ Tieqa Miftuħa ma taħdimx fil-każijiet li ġejjin.Jekk it-tħaddim tat-Tkessiħ u t-Tisħin isir malajr wisq wara li tixgħel l-apparatJekk id-differenza fit-temperatura bejn ġewwa u barra ma tkunx kbiraJekk ma jkunx hemm biżżejjed ventilazzjoni mit-twieqiMeta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.
All Cleaning (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)
Meta tiffriża u tħoll ripetutament l-iskambjatur tas-sħana tal-kundizzjonatur tal-arja, kontaminanti bħat-trab jitnaddfu u l-apparat jinżamm nadif.Wara t-tindif, tnaqqas l-umdità fl-unità ta’ ġewwa.Fuq xi unitajiet ta’ ġewwa, AL tider fuq il-pannell unitajiet ta’ ġewwa.Il-funzjoni All Cleaning se tintemm wara li l-apparat jinxef.Jekk l-umdità fil-kamra tkun għolja meta tkun qed taħdem il-funzjoni All Cleaning iż-żona ħdejn l-unità ta’ ġewwa tista’ tittappan.Il-funzjoni All Cleaning tista’ tintuża ġewwa f’21 7 sa 32 7 u barra f’21 7 sa 37 7. Il-funzjoni All Cleaning hija funzjoni għall-ġestjoni tal-iġjene, mhijiex funzjoni tat-tkessiħ, għalhekk il-kundizzjonijiet tal-użu jistgħu jvarjaw mit-temperatura tat-tkessiħ garantita tal-apparat.Jekk il-funzjoni All Cleaning titħaddem f’temperatura barra mill-medda permissibbli, allarmi fl-applikazzjoni LG ThinQ u l-funzjoni ma taħdimx.Il-funzjoni All Cleaning hija disponibbli anke meta jkun qed jaħdem l-apparat.Jekk tagħfas it-tast t fuq l-apparat jew fuq il-kontroll mill-bogħod waqt All Cleaning, il-funzjoni All Cleaning tiġi diżattivata.Waqt All Cleaning, jinstema’ ħoss ta’ “tik-tik” jew “tak-tak” hekk kif l-apparat jespandi jew jiċċekken.Wara All Cleaning, l-apparat se jintefa awtomatikament. Meta jerġa’ jinxtegħel, se jaħdem fil-modalità tat-Tkessiħ.Jekk il-funzjoni tat-Timer tkun issettjata, il-funzjoni All Cleaning tista’ ma taħdimx sew.Arja friska toħroġ mill-iżbokk meta l-funzjoni All Cleaning tkun attivata.Meta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.
kW Manager (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)
Il-konsum tal-enerġija tal-kundizzjonatur tal-arja jiġi aġġustat awtomatikament skont skeda u konsum tal-enerġija fil-mira ssettjati mill-utent.EO tidher fuq id-displej tal-unità ta’ ġewwa fuq xi mudelli.Meta tuża l-funzjoni tal-kW Manager, il-ħruġ tal-arja kiesħa jew sħuna jista’ jitnaqqas, skont l-ammont ta’ enerġija fil-mira li jifdal.Meta l-konsum tal-elettriku fil-mira jinqabeż, il-funzjoni tal-kW Manager tiġi diżattivata.Meta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.L-użu tal-enerġija muri fuq l-applikazzjoni LG ThinQ jista’ jkun differenti mill-użu tal-enerġija attwali li jidher fuq il-kont tad-dawl tiegħek.L-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tista’ tvarja skont l-apparat.Il-konsum tal-enerġija jista’ jvarja mir-riżultati mkejla permezz ta’ tagħmir ieħor tal-kejl.Skont l-ambjent li fih jiġi installat t-tagħmir, il-konsum tal-enerġija mkejjel jista’ jvarja.Il-konsum tal-enerġija mkejjel jista’ jvarja skont l-ambjent tal-użu jew il-metodu ta’ użu tal-apparat domestiku.Meta tissettja l-ħin tal-użu, l-apparat ma jixgħelx jew jintefa awtomatikament.Anke waqt it-tħaddim tal-funzjoni tal-kW Manager, l-ewwel tidher il-funzjoni ssettjata bil-kontroll mill-bogħod.L-użu attwali jista’ jvarja.
Sleep+ (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)
Uża qabel torqod. It-tagħmir awtomatikament se jinnota u jaġġusta t-temperatura u l-veloċità tal-fann biex joħloq ambjent ta’ rqad aktar personalizzat.Din il-funzjoni tista’ tiġi ssettjata meta t-tagħmir ikun mixgħul.Din il-funzjoni hija disponibbli mal-modalità tat-Tkessiħ.Meta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.
Fuklar (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)
Il-kondizzjonatur tal-arja jiċċirkola l-arja madwar l-ispazju bil-modalità Fann, u jappoġġa sorsi oħra ta’ tisħin. Ladarba t-temperatura fil-mira tintlaħaq, it-tisħin jieqaf, u l-fann jiċċirkola arja sħuna.FP jidher fuq id-displej tal-unità ta’ ġewwa.Biex tuża l-funzjoni Fuklar, qabbad it-tagħmir mal-applikazzjoni LG ThinQ.Din il-funzjoni hija disponibbli fil-modalità tat-Tisħin.Fil-funzjoni Fuklar, il-veloċità tal-fan u d-direzzjoni tal-fluss tal-arja isegwu s-settings mill-modalità preċedenti tat-Tisħin u tista’ tiġi aġġustata billi tagħfas it-tasti ~, !, V or W.Jekk it-temperatura tal-kamra tonqos jew is-setting tat-temperatura fil-mira tiżdied, il-kondizzjonatur tal-arja awtomatikament se jkur lura għall-modalità tat-Tisħin.Il-funzjoni Fuklar tista’ ma taħdimx meta funzjonijiet speċifi oħra jkunu qed jintużaw.Meta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.
Funzjoni silenzjuża (Fuq Xi Mudelli/LG ThinQ)
Tista’ tnaqqas il-ħoss tal-unità ta’ barra sabiex ma jkunx ta’ inkonvenjent għall-ġirien.Din il-funzjoni hija diżattivata meta tagħfas it-tast Mode jew Jet/Soft.Din il-funzjoni hija disponibbli mal-modalitajiet tat-Tkessiħ, tat-Deumidifikazzjoni u tal-Fann.Meta tidħol fil-funzjoni Silenzjuża permezz tal-applikazzjoni LG ThinQ fil-modi Tkessiħ u Fann, il-veloċità tal-fann tal-unità ta’ ġewwa tonqos b’livell wieħed.Meta mqabbad mal-unità Multipla ta’ Barra, din il-funzjoni tista’ ma tkunx appoġġata.
Speċifikazzjonijiet tat-Tagħmir tar-Radju
TipMedda tal-Frekwenza OperttivaPotenza tal-Output (Mass.)LAN bla fili2400 MHz - 2483.5 MHz< 100 mWBluetooth*1Din il-funzjoni hija disponibbli biss f’xi mudelli.Għall-kunsiderazzjoni tal-utent, dan it-tagħmir għandu jiġi installat u jitħaddem b’distanza minima ta’ 20 cm bejn it-tagħmir u l-ġisem.
Speċifikazzjonijiet tal-modulu tar-radar
Din il-karatteristika hija disponibbli biss f’mudelli b'sensur tar-radar.Isem il-mudellMedda tal-FrekwenzaPotenza tal-Output (Mass.)RSMV261.0 GHz - 61.5 GHz6,27 dBmRSMV361.0 GHz - 61.5 GHz4,69 dBm
Informazzjoni tal-Avviż dwar is-Softwer ta’ Sors Miftuħ
Sabiex tikseb il-kodiċi tas-sors taħt GPL, LGPL, MPL, u liċenzji kodiċi tas-sors oħra li huma obbligati jiżvelaw il-kodiċi tas-sors li jinsab f’dan il-prodott, u sabiex taċċessa t-termini tal-liċenzja kollha msemmija u l-avviżi tad-drittijiet tal-awtur, jekk jogħġbok żur https://opensource.lge.com.LG Electronics se tipprovdilek ukoll kodiċi tas-sors miftuħ għal ħlas li jkopri l-ispiża biex issir tali distribuzzjoni fuq talba bil-posta elettronika lil opensource@lge.com.Din l-offerta hija valida għal kull min jirċievi din l-informazzjoni għal perjodu ta’ tliet snin wara l-aħħar konsenja tagħna ta’ dan il-prodott.