Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ splużjoni, nar, mewt, xokk elettriku, korriment jew tismit għal persuni li jużaw dan il-prodott, segwi prekawzjonijiet bażiċi li jinkludu dan li ġej:
Sigurtà Teknika
Dan it-tagħmir jista’ jintuża minn tfal li għandhom 8 snin u ’l fuq u persuni b’kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali jew mentali mnaqqsa jew b’nuqqas ta’ esperjenza u għarfien jekk ikunu ngħataw superviżjoni jew istruzzjoni dwar l-użu tat-tagħmir b’mod sikur u jifhmu l-perikli involuti. It-tfal m’għandhomx jilagħbu bit-tagħmir. It-tindif u l-manutenzjoni tal-utent m’għandhomx isiru minn tfal mingħajr superviżjoni.L-installazzjoni u t-tiswijiet li jsiru minn persuna mhux awtorizzata jistgħu joħolqu perikli lilek u lil oħrajn.L-informazzjoni li tinsab fil-manwal hija maħsuba għall-użu minn tekniku tas-servizz ikkwalifikat li huwa familjari mal-proċeduri tas-sikurezza u mgħammar bl-għodda u l-istrumenti xierqa għall-ittestjar.In-nuqqas li taqra u ssegwi l-istruzzjonijiet kollha f’dan il-manwal jista’ jirriżulta f’funzjonament ħażin tat-tagħmir, ħsara lill-proprjetà, korriment personali u/jew mewt.Ir-refriġerant u l-gass ta’ nfiħ ta’ iżolazzjoni użati fit-tagħmir jeħtieġu proċeduri speċjali ta’ rimi. Ikkonsulta aġent tas-servizz jew persuna kwalifikata bl-istess mod qabel tarmihom.Meta l-kejbil tal-elettriku għandu jiġi sostitwit, ix-xogħol ta’ tibdil għandu jitwettaq minn persunal awtorizzat li juża biss parts tas-sostituzzjoni ġenwini.Jekk il-kejbil tal-elettriku jkun bil-ħsara, irid jiġi sostitwit mill-manifattur, mill-aġent taċ-ċentru tas-servizz tiegħu jew minn persuna kwalifikata bl-istess mod sabiex jiġi evitat periklu.It-tagħmir għandu jiġi installat b’konformità mar-regolamenti nazzjonali tal-wajering.Mezzi ta’ skonnessjoni jridu jiġu inkorporati fil-wajering fiss b’konformità mar-regoli ta’ wajering.Dan it-tagħmir irid jiġi ertjat sew sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ xokk elettriku.M’għandekx taqta’ jew tneħħi l-prong tal-ert minn mal-plagg tal-elettriku.It-twaħħil tal-wajer tal-ert mal-kamin tal-għatu tal-iżbokk tal-elettriku ma jertjax it-tagħmir sakemm il-kamin tal-għata ma jkunx tal-metall, mhux iżolat, u l-iżbokk tal-elettriku jkun ertjat permezz tal-wajers tad-dar.Jekk għandek xi dubju jekk il-kondizzjonatur tal-arja hux ertjata sew, ara li jkollok il-plagg u ċ-ċirkwit iċċekkjat minn elettriċista kwalifikat.Dan it-tagħmir mhuwiex maħsub biex ikun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.
Installazzjoni
Ikkunttatja ċentru tas-servizz awtorizzat meta tinstalla jew tittrasferixxi l-kundizzjonatur tal-arja.Tinstallax il-kondizzjonatur tal-arja fuq wiċċ instabbli jew f’post fejn hemm il-periklu li jaqa’.Tinstallax l-unità f'atmosfera potenzjalment splussivi.M’għandekx tinstalla l-kondizzjonatur tal-arja f’post fejn jiġu maħżuna likwidi jew gassijiet infjammabbli bħal gażolina, propan, thinner taż-żebgħa eċċ.Installa l-pannell u l-għatu tal-kaxxa tal-kontrolli b'mod sikur.Installa plagg tal-elettriku ddedikat u salvavita qabel tuża l-kundizzjonatur tal-arja.Uża salvavita u fjus standard li jikkonformaw mal-klassifikazzjoni tal-kundizzjonatur tal-arja.Aċċerta li l-pajp u l-kejbil tal-elettriku li jgħaqqdu l-unitajiet ta’ ġewwa u ta’ barra ma jinġibdux u jkunu ssikkati żżejjed meta tinstalla l-kundizzjonatur tal-arja.Il-konnessjonijiet tal-wajers ta’ ġewwa/barra għandhom ikunu mwaħħla sew, u l-kejbil għandu jkun mgħoddi sew biex ma jkunx hemm forza li qed tiġbed il-kejbil mit-terminals tal-konnessjoni. Konnessjonijiet mhux sew jew laxki jistgħu jiġġeneraw sħana jew jikkawżaw nar.M’għandekx tqabbad l-ert ma’ pajp tal-gass, virga tas-sajjetti jew ert tat-telefown.Uża gass li ma jaqbadx (nitroġenu) biex tiċċekkja għal tnixxijiet u biex tnaddaf l-arja; l-użu ta’ arja kkompressata jew gass li jaqbad jista’ jikkawża nar jew splużjoni.
Tħaddim
Timmodifikax jew testendi l-kejbil tal-elettriku. Grif jew tqaxxir tal-iżolazzjoni tal-kejbils tal-elettriku jista’ jirriżulta f’nar jew xokk elettriku u għandhom jinbidlu.Aċċerta li l-kejbil tal-elettriku mhuwiex maħmuġ, laxk jew miksur.M’għandekx tqiegħed xi oġġett fuq il-kejbil tal-elettriku.M’għandekx tqiegħed ħiter, jew tagħmir ieħor tas-sħana qrib il-kejbil tal-elettriku.Aċċerta li l-kejbil tal-elettriku ma jkunx jista’ jinġibed ’il barra jew jiġrilu l-ħsara waqt it-tħaddim.Qatt m’għandek tmiss, tħaddem jew issewwi l-kundizzjonatur tal-arja b’idejn imxarrbin.M’għandekx iddaħħal idejk jew oġġetti oħra fil-daħla jew fil-ħruġ tal-arja meta l-kundizzjonatur tal-arja jkun qed jaħdem.Ara li t-tfal ma jitilgħux fuq l-unità ta’ barra jew jolqtuh.Uża biss dawk il-parts elenkati fil-lista ta’ parts tas-servizz. Qatt tipprova timmodifika t-tagħmir.Tmissx il-pajp tar-refriġerant, il-pajp tal-ilma jew xi partijiet interni waqt li l-unità tkun qed taħdem jew immedjatament wara t-tħaddim.M’għandekx tħalli sustanzi fjammabbli bħal gażolina, benżina jew thinner qrib il-kundizzjonatur tal-arja.M’għandekx tuża l-kundizzjonatur tal-arja għal perjodu estiż ta’ żmien f’żona żgħira mingħajr ventilazzjoni tajba.Kun żgur li tivventila biżżejjed meta il-kundizzjonatur tal-arju u tagħmir tat-tisħin bħal ħiter jintużaw fl-istess ħin.M’għandekx timblokka d-dħul jew il-ħruġ tal-fluss tal-arja.Itfi l-provvista tal-elettriku jekk ikun hemm xi storbju, riħa, jew duħħan ġejjin mill-kundizzjonatur tal-arja.Ikkuntattja ċentru tas-servizz awtorizzat jekk il-kundizzjonatur tal-arja jiġi mgħaddas fl-ilma.F’każ ta’ tnixxija ta’ gass (bħal Freon, gass propan, jew gass LP) ivventila biżżejjed qabel terġa’ tuża l-kundizzjonatur tal-arja.Itfi l-provvista tal-elettriku minnufih f’każ li jmur id-dawl jew f’każ ta’ maltempata bir-ragħad.
Kontroll mill-Bogħod
Neħħi l-batteriji jekk il-kontroll mill-bogħod remote mhux se jintuża għal perjodu estiż ta’ żmien.Qatt m’għandek tħallat it-tipi differenti ta’ batteriji, jew batteriji qodma u batteriji ġodda, għall-kontroll mill-bogħod.Terġax tiċċarġja jew iżżarma l-batteriji.Tużax il-kontroll mill-bogħod jekk ikun hemm fluwidu jnixxi mill-batterija. Jekk l-ilbies jew il-ġilda tiegħek tiġi esposta għall-fluwidu tal-batterija li jkun qed inixxi, aħsel b’ilma nadif.Jekk jinbela’ l-fluwidu tal-batterija li tnixxi, laħlaħ sew in-naħa ta’ ġewwa tal-ħalq u kkonsulta tabib.Armi l-batteriji f’post fejn m’hemmx periklu ta’ nirien.
Manutenzjoni
Qabel tnaddaf jew twettaq manutenzjoni, skonnettja l-provvista tal-elettriku u stenna sakemm jieqaf il-fann.Tnaddafx it-tagħmir billi tisprejja l-ilma ġol-prodott.
Refriġerant
Uża biss ir-refriġerant speċifikat fit-tikketta tal-kondizzjonatur tal-arja.Tużax refiġeranti mhux ċertifikati.M’għandekx iddaħħal arja jew gass ġos-sistema għajr ir-refriġerant speċifikat.M’għandekx tmiss ir-refriġerant li jnixxi waqt l-installazzjoni jew it-tiswija.Kun ċert li tiċċekkja għal tnixxijiet tar-refriġerant wara li tinstalla jew issewwi l-kondizzjonatur tal-arja.L-apparat għandu jinħażen sabiex jiġi evitat li sseħħ ħsara mekkanika.Kwalunkwe persuna li hija involuta fix-xogħol fuq jew il-ksur ta’ ċirkwit tar-refriġerant għandha jkollha ċertifikat validu attwali minn awtorità ta’ valutazzjoni akkreditata mill-industrija, li tawtorizza l-kompetenza tagħha biex timmaniġġja r-refriġeranti b’mod sikur skont speċifikazzjoni ta’ valutazzjoni rikonoxxuta mill-industrija.Il-manutenzjoni għandha ssir biss kif rakkomandat mill-manifattur tat-tagħmir. Il-manutenzjoni u t-tiswija li jeħtieġu l-għajnuna ta’ persunal tas-sengħa ieħor għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-persuna kompetenti fl-użu ta’ refriġeranti fjammabbli.It-tagħmir għandu jinħażen f’żona ventilata tajjeb fejn id-daqs tal-kamra jikkorrispondi maż-żona tal-kamra kif speċifikata għat-tħaddim.Żomm kwalunkwe fetħa tal-ventilazzjoni meħtieġa ’l bogħod minn ostakli.L-apparat għandu jinħażen f’kamra fejn m’hemmx fjammi miftuħa mixgħula kontinwament (pereżempju apparat tal-gass mixgħul) u sorsi ta’ tqabbid (pereżempju ħiter elettriku mixgħul).