Fuq > ISTRUZZJONIJIET DWAR IS-SIKUREZZA > ISTRUZZJONIJIET TA’ ATTENZJONI

ISTRUZZJONIJIET TA’ ATTENZJONI

ATTENZJONI
  • Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment minuri lill-persuni, funzjonament ħażin jew ħsara lill-prodott jew proprjetà meta jintuża dan il-prodott, segwi prekawzjonijiet bażiċi li jinkludu dan li ġej:

Fih Suġġetti

Installazzjoni

Ittrasporta l-kondizzjonatur tal-arja bejn żewġ persuni jew aktar jew uża forklift.Installa l-unità ta’ barra b’tali mod li tkun protetta mid-dawl tax-xemx dirett. Tpoġġix l-unità ta’ ġewwa f’post fejn tkun esposta direttament għad-dawl tax-xemx mit-twieqi.Tinstallax il-kundizzonatur tal-arja f’żona li tkun direttament esposta għar-riħ tal-baħar (raxx tal-melħ).Installa l-pajp tad-drejn kif suppost għall-ħruġ bla xkiel tal-kondensazzjoni tal-ilma.Installa l-kundizzonatur tal-arja f’post fejn il-ħoss mill-unità ta’ barra jew id-dħaħen tal-egżost mhux se joħolqu inkonvenjent lill-ġirien. In-nuqqas li tagħmel dan jista’ jirriżulta f’kunflitt mal-ġirien.Armi b’mod sikur materjali tal-imballaġġ bħal viti, imsiemer, boroż tal-plastik jew batteriji f’imbalaġġ apposta wara l-installazzjoni jew it-tiswija.Oqgħod attent meta tiftaħ jew tinstalla l-kundizjonatur tal-arja.

Tħaddim

Kun ċert li l-filtru ikun ġie installat qabel tħaddem il-kundizzjonatur tal-arja.M’għandekx tixrob l-ilma li jkun ħareġ mill-kundizzjonatur tal-arja.M’għandekx tqiegħed xi oġġett fuq il-kondizzjonatur tal-arja.Tħallix il-kondizzjonatur tal-arja jaħdem għal żmien twil meta l-umdità tkun għolja ħafna jew meta bieb jew tieqa jkunu tħallew miftuħa.Tesponix persuni, annimali, jew pjanti għar-riħ kiesaħ jew sħun mill-kundizzjonatur tal-arja għal perjodi ta’ żmien estiżi.Tużax il-prodott għal skopijiet speċjali, bħall-preservazzjoni tal-ikel jew xogħlijiet tal-arti eċċ. Il-kondizzjonatur tal-arja huwa ddisinjat għal skopijiet tal-konsumaturi, u mhuwiex sistema ta’ refriġerazzjoni ta’ preċiżjoni. Hemm riskju l-ħsara jew telf ta' proprjetà.

Manutenzjoni

Uża banketta soda jew sellum meta tnaddaf, għal manutenzjoni jew biex issewwi l-kundizzjonatur tal-arja li jkun qiegħed fl-għoli.Qatt m’għandek tuża aġenti tat-tindif jew solventi potenti jew traxxax bl-ilma meta tnaddaf l-kundizzjonatur tal-arja. Uża biċċa ratba.Qatt m’għandek tmiss il-partijiet tal-metall tal-kundizzjonatur tal-arja meta tneħħi l-filtru tal-arja.Biex tnaddaf ġewwa, ikkuntattja ċentru tas-servizz awtorizzat jew in-negozjant. L-użu ta’ deterġenti ħorox jista’ jikkaġuna korrużjoni jew ħsara lill-unità.