Uża din il-funzjoni biex tgħinek tagħmel dijanjożi u ssolvi l-problemi bil-tagħmir tiegħek.
Għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli għan-negliġenza ta’ LGE, is-servizz jista’ ma joperax minħabba fatturi esterni bħal, iżda mhux limitati għal, indisponibbiltà tal-Wi-Fi, skonnessjoni tal-Wi-Fi, politika tal-maħżen lokali tal-app, jew nuqqas ta’ disponibbiltà tal-applikazzjoni.
Il-funzjoni tista’ tiġi soġġetta għal bidla mingħajr avviż minn qabel u jista’ jkollha forma differenti skont fejn tinsab.
Kif tuża LG ThinQ biex Tiddijanjostika l-Problemi
Jekk tesperjenza problema bit-tagħmir mgħammar bil-Wi-Fi tiegħek, dan jista’ jittrażmetti data ta’ soluzzjoni tal-problemi lil smartphone billi juża l-applikazzjoni LG ThinQ.Iftaħ l-applikazzjoni LG ThinQ u agħżel il-funzjoni ta’ Smart Diagnosis mil-menù. Segwi l-istruzzjonijiet fornuti fl-applikazzjoni ta’ LG ThinQ .
Kif tuża d-Dijanjożi li Tinstema’ biex Tidentifika l-Problemi
Segwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt biex tuża l-metodu tad-dijanjożi mis-smigħ.Iftaħ l-applikazzjoni LG ThinQ u agħżel il-funzjoni ta’ Smart Diagnosis mill-menù. Segwi l-istruzzjonijiet għal dijanjożi mis-smigħ fornuta fl-applikazzjoni ta’ LG ThinQ.Ipplaggja l-plagg tad-dawl sew fis-sokit.Poġġi l-biċċa tal-ħalq tal-ismartphone tiegħek qrib l-apparat.Agħfas it-tast Funzjoni.Agħfas it-tast L jew M sakemm l-ikona ta’ hawn taħt itteptep fil-qiegħ tal-iskrin tad-displej. Imbagħad agħfas it-tast OK.Żomm l-ismartphone f’postu sakemm it-trasferiment tad-data jkun lest.Wara li t-trasferiment tad-data jitlesta, id-dijanjożi tiġi murija fl-applikazzjoni.Għall-aħjar riżultati, iċċaqlaqx il-mowbajl waqt it-trażmissjoni tat-toni.Kun ċert li żżomm il-ħoss tal-madwar baxx kemm jista’ jkun inkella t-telefown ċellulari ma jkunx jista’ jirċievi sew il-ħsejjes tal-buzzer mill-unità ta’ ġewwa.